![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg/v1/fill/w_1280,h_853,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg)
Kuntatt
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun
Ħinijiet tal-ftuħ
Huwa post pubbliku, tista' tarah kull ħin.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png)
Is-Salib tal-Pjazza
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_5695c7fba3c27831fe358529579cfa39.png/v1/fill/w_610,h_350,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_5695c7fba3c27831fe358529579cfa39.png)
Fuq pedestall għoli tal-ġebel, insibu salib tal-injam monumentali, li huwa xhieda tal-kuraġġ li wrew l-irġiel Żwieten. Il-Franċiżi, taħt Napuljun, li ħakmu lil Malta fl-1798, wassal biex wara tliet xhur biss il-Maltin qamu kontra l-Franċiżi u ġellgħhom jmorru għall-kenn wara l-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta u l-Kottonera.
F'wieħed mill-attakki fuq l-għadu ħdejn il-Forti tas-Salvatur, iż-Żwieten wara li qatlu l-ftit suldati Franċiżi li kien hemm moħbija f'Villa Bighi, irnexxilhom li jieħdu minn taħt idejn il-Franċiżi s-salib il-kbir tal-injam li kien hemm wieqaf fuq iz-zuntier ta' quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini, li dak iż-żmien kien abandunat, fil-Kalkara. Wara waqqfu dan it-trofew tar-rebħa fuq il-Franċiżi fil-pjazza ewlenija taż-Żejtun bħala tifkira ta' din il-ġrajja għall-ġenerazzjonijiet futuri.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png)
RITRATTI
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_a2b5e488169c1d143438eb7933bf7f97.jpg/v1/fill/w_980,h_1455,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_a2b5e488169c1d143438eb7933bf7f97.jpg)