![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg/v1/fill/w_1280,h_853,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg)
Kuntatt
L-Uffiċċju Parrokkjali taż-Żejtun,
2, Triq San Girgor,
Żejtun
Ħinijiet tal-ftuħ
Tiftaħ għas-servizzi reliġjużi jew b'appuntament.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png)
Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina ta' Lixandra
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_5077bfc6711d5d23aac6988bc37a4b8c.jpg/v1/fill/w_610,h_350,al_c,q_80,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_5077bfc6711d5d23aac6988bc37a4b8c.jpg)
Din il-Knisja Parrokkjali maestuża nbniet bejn l-1692 u l-1720; fuq disinji ta' Lorenzo Gafà, wieħed mill-aqwa periti Maltin ta' dak iż-żmien. Il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun għal ħafna hija meqjusa bħala l-kapulavur tiegħu. Fejn naraw Knisja b'faċċata imponenti, b'koppla attraenti, pillastri fuq stil Doriku u Joniku, u gwarniċun massiv id-dawra kollha tagħha.
Iż-Żwieten kienu fost l-aqwa bennejja f'Malta. Mikiel Cachia kien wieħed mill-aqwa inġiniera militari u Anġlu Gatt li bena r-Rotunda tal-Mosta li hija magħrufa internazzjonalment, it-tnejn kienu Żwieten. Fil-Knisja Parrokkjali u fil-Mużew Parrokkjali taż-Żejtun insibu diversi xogħlijiet ta' arti. Kull sena, fit-Tielet Ħadd ta' Ġunju, iż-Żwieten jorganizzaw b'pompa kbira l-festa ta' Santa Katarina ta' Lixandra, li l-purċissjoni toħroġ minn din il-Knisja Parrokkjali.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png)
RITRATTI
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_f0536075a85f0bba96ab1bc851d14664.png/v1/fill/w_599,h_756,al_c,q_90,enc_avif,quality_auto/1b3a14_f0536075a85f0bba96ab1bc851d14664.png)