top of page

Ħinijiet tal-ftuħ

Din hi residenza privat, ma tiftaħx għall-pubbliku.

Fil-Qrib

0.110 km bogħod

L-Iskejjel Primarji  

taż-Żejtun 

Triq Sant' Anġlu c/w

Triq San Luċjan

Casa Perellos

Ramon Perellos, il-Gran Mastru li hu magħruf l-aktar għall-arazzi magnifiċi li hu ħallas għall-Kon-Katidral ta' San Ġwann, kien iżur ta' spiss iż-Żejtun. Waħda mir-raġunijiet li l-Gran Mastru Perellos kien jagħmel dawn iż-żjarat kienet minħabba biex ikun jista' jara l-pellegrinaġġ/ purċissjoni ta' San Girgor, li kien isir kull sena, fit-12 ta' Marzu (jum il-festa tal-Papa San Girgor il-Kbir), mill-parroċċi kollha ta' Malta għaż-Żejtun. Sabiex ikun jista' jgawdi aħjar din il-purċissjoni, il-Gran Mastru Perellos bena din il-villa. Skolpiti fuq il-faċċata ta' Casa Perellos insibu l-lanġas, frotta li tidher sew fuq l-istema ta' Perellos.

RITRATTI

bottom of page