![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg/v1/fill/w_1280,h_853,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg)
Kuntatt
L-Uffiċċju Parrokkjali taż-Żejtun,
2, Triq San Girgor,
Żejtun
Ħinijiet tal-ftuħ
Tiftaħ matul servizzi reliġjużi.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png)
Il-Knisja ta' San Girgor
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_5db7639173e79948162d449452c6742d.jpg/v1/fill/w_610,h_350,al_c,q_80,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_5db7639173e79948162d449452c6742d.jpg)
Għalkemm hija ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra, l-ewwel knija parrokkjali taż-Żejtun hija magħrufa bħala ta' San Girgor, minħabba l-pellegrinaġġ annwali li jsir għal din il-knisja. Hija waħda mill-isbaħ knejjes qodma ta' Malta. Ftit baqa' mill-knisja orġinali, li kienet mibnija forma rettangolari, li kienet inbniet qabel l-1436 , iż-żmien li ż-Żejtun sar parroċċa għalih, u ma baqax jagħmel parti mill-Imdina u l-Birgu.
Il-Knisja preżenti kienet mibnija fuq u madwar is-sit li kien okkupat mill-knisja l-qadima, ta' żmien medjevali. B'hekk l-edifiċju tal-knisja preżenti jmur lura għas-Seklu Sittax. Għal madwar tliet sekli sħaħ dan il-binja serviet bħala Knisja Parrokkjali għax-Xlokk kollu ta ' Malta. Wieħed ma jistax tonqos milli jammira l-istili ta' arkitettura fuq stil Gotiku u Romanesk. Il-koppla hija l-aqwa eżempju ta' koppla Maltija qadima li għadha wieqfa sal-lum. Ta' interess partikolari huwa wkoll l- orjentazzjoni tal-kappellun tal-knisja tax-xlokk li jinsab iħares lejn id-daħliet ta' Marsxlokk, San Tumas u Wied il-Għajn, peress li l- knisja ntużat ukoll bħala torri għassa . Il-knisja li tinsab mibnija fuq quċċata għolja li tħares lejn dawn il- portijiet fin-Nofsinhar ta' Malta, portijiet li kienu jservu bħala l-ewwel żbarkament għall-kursara.
Ħdejn il-Knisja ta' San Girgor insibu statwa fil-ġebel tal-Papa San Girgor il-Kbir, li ġiet irestawrata fl-2014, u nsibu wkoll it-tliet ċimiterji taż-Żejtun, Santu Rokku (l-eqdem wieħed), San Girgor u Santa Katarina.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png)
RITRATTI
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_5db7639173e79948162d449452c6742d.jpg/v1/fill/w_980,h_580,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_5db7639173e79948162d449452c6742d.jpg)