![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg/v1/fill/w_1280,h_853,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg)
Kuntatt
Is-Sorijiet ta' Ġesù Nazzarenu,
51, Triq San Girgor,
Żejtun
Ħinijiet tal-ftuħ
Jiftaħ fil-festi tal-istaġuni u f'Żejt iż-Żejtun.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png)
Il-Presepju ta' Ġesù Nazzarenu
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_58f6e441e0fc8d20f8daaf50beaa301c.png/v1/fill/w_610,h_350,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_58f6e441e0fc8d20f8daaf50beaa301c.png)
Fi żmien il-Milied, fl-Istitut Ġesù Nazzarenu jkun hemm esebit presepju mekkaniku. Dan il-presepju juri xeni ta' natività magħmula minn figurini tal-kartapesta. Numru kbir ta' Maltin u turisti kull sena jiġu jaraw dan il-presepju.
Il-mibki Isqof Emmanuele Galea, li kien d-direttur tal-Istitut u l-Orfinatrofju ta' Ġesù Nazzarenu, kellu l-idea li jibni presepju mdaqqas f'dan il-post. Wara diversi ġimgħat ta' xogħol iddedikat fuq il-presepju mill-Isqof innifsu, dan il-presepju kien ġie nawgurat għall-festi tal-Milied tal-1947. In-neputi tiegħu, Paul Pavia, ġie fdat fix-xogħlijiet mekkaniċi biex ġab il-figurini ''ħajjin'' (jiċċaqalqu). Fl-aħħar snin kien hemm restawr estensiv f'dan il-presepju u fuq il-ħwejjeġ tal-figurini.
L-istess presepju deher fuq il-bolol tal-Milied tal-2013 li nħarġu mill-Maltapost.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png)
RITRATTI
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_9bf56e054b22345391f894b6eb72af80.jpg/v1/fill/w_980,h_418,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_9bf56e054b22345391f894b6eb72af80.jpg)