top of page

Il-Lokalità

L-Istorja       

                                

L-Għaqdiet

 

L-Ibliet Tewmin         

 

It-Trasport Pubbliku

 

Il-Librerija Pubblika

 

Il-ĠeoDemografija

 

Ir-Rotot ta' Patrimonju

 

Il-Kultura

 

Il-Postijiet ta' Interess

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

Infrastruttura

ĠONNA PUBBLIĊI 

Il-Ġnien Bottaniku ta' Luqa Briffa

Ġnien Luqa Briffa ġie mibni fl-1802 wara li ġie kkummissjonat mill-Kummissarju Għoli Ingliż Alexander Ball, li kien ukoll ikkummissjona l-kostruzzjoni ta' numru ta' ġonna bottaniċi f'diversi bliet u rħula f'Malta. Dawn il-ġonna huma mfassla fuq stil Taljan mill-Perit Żejtuni Mikiel Cachia. Ball ta dawn ġonna lil Rappreżentanti Ewlenin tal-irħula għall-missjoni tagħhom fir-rewwixta kontra l-Franċiżi . Ir-Rappreżentant Ewlieni taż-Żejtun kien il-Logutenent Ġużè Abela u fil-fatt dan il-ġnien għadu magħruf bħala 'Ġnien tal-Kmandant'. Kitba taħt l-istema araldika tar-Re Ġorġ III tar-Renju Unit li tinstab fuq l-bieb prinċipali tal-ġnien tagħtina din l-evidenza . Ma kienx hemm żmien twil sa kemm dan il-ġnien beda jintuża biex isaħħaħ l-ortikultura f'Malta u fil-fatt beda jissejjaħ 'Giardino Botanico'. Aktar tard sar magħruf bħala 'Ġnien Luqa Briffa' għall-Eroj Malti li wera qlubija fl-Assedju l-Kbir tal-1565.

 

Ġnien l-Għannejja Żwieten

Ġnien l-Għannejja Żwieten, li hu magħruf l-aktar bl-isem li kellu qabel Ġnien San Girgor, jinsab fil-bidu ta' Triq id-Daħla ta' San Tumas. Dan inbena fil-bidu tas-snin 1970. Dan huwa l-akbar ġnien li nsibu fiż-Żejtun u jgawdi waħda mill-isbaħ veduti tax-Xlokk ta ' Malta. F'dan ġnien wieħed jista' jsib teatru miftuħ (amfi teatru), it-Tribunal Reġjonali, ċentru sportiv, ċentru għall-ħarsien tat-tfal għal matul il-jum (Il-Manuċċa Child Care Centre) u apparatt fiżiku (gym open air).

 

Ġnien Ta' Brejġu

Ġnien Ta' Brejġu jinsab fi Triq Mikiel Cachia u nbena lejn l-aħħar tat-1980ijiet. Huwa msemmi għal Consiglio Ellul (1882-1967) li kien magħruf bħala Brejġu. Huwa kien attiv ħafna fix-xogħol volontarju li kellu konnessjoni mal-Knisja Parrokkjali.

 

 

Ġnien Mikiel Anton Vassalli

Ġnien Mikiel Anton Vassalli jinsab quddiem iċ-Ċentru tal-Kindergarten. Dan huwa l-iżgħar ġnien fiż-Żejtun u nbena lejn l-aħħar tal-1980ijiet. Huwa msemmi wara Vassalli li kien il-kontributur ewlieni fl-ilsien Malti, fil-fatt jitqies bħala Missier il-Lingwa Maltija.

 

Ġnien iż-Żgħożija

Ġnien iż-Żgħożija jinstab fi Triq Toni Żahra, ħdejn il-Qasam tad-Djar ta' Ġebel San Martin. Dan inbena lejn l-aħħar tal-1980ijiet. F'dan ġnien wieħed jista' jsib playing field, skate park u grawnd tal-futbol 6-a-side.

 

Ġnien il-Qawsalla

Ġnien il-Qawsalla jinsab fi Triq il-Labour kantuniera ma' Triq il-Ħaddiem, fl-inħawi ta' Bir id-Deheb.

Ġnien il-Kakti

Ġnien il-Kaktus jinsab fi Triq l-Isqof Ferdinand Mattei, ħdejn Ġnien iż-Żgħożija fl-inħawi ta' Ġebel San Martin.

Ġnien iċ-Ċrieki

Ġnien iċ-Ċrieki jiddistingwi ruħu bħala wieħed mill-ftit ġonna li kienu ppjanati fuq tema speċifika. il-pjanti li saru mill-Perit Peter Zammit jippreżentaw it-tema ta' ċrieki fi ċrieki, li jirrappreżentaw l-aspetti soċjali u bijoloġiċi tal-ħajja umana. Apparti mid-divertiment, il-ġnien se jipprovdi esperjenza tajba għall-viżitaturi, permezz ta' tliet xogħlijiet artistiċi mill-artist Joseph Barbara li jirrappreżentaw it-triloġija tal-ħajja : "Iċ-Ċrieki tal-Univers: Kostruzzjoni Radjali", "Iċ-Ċrieki Olimipiċi: Omaġġ għall-Olimpjadi'', u "Iċ - Ċrieki tax-Xogħol: il-Passat, il-Preżent, il-Futur", li flimkien jiffurmaw triloġija għall-ħajja umana: in-Natura, il-Passjoni, u r-Raġuni, rispettivament.

 

Matul il-vjaġġ tagħna bħala ċittadini ta' univers kollettiva , aħna bla heda marbuta li noħolqu bilanċ bejn dawn it-tlieta. Dan kien proġett konġunt bejn il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Dan il-ġnien jinsab bejn il-Qasam tad-Djar Ta' Ganza u l-bejn il-Qasam tad-Djar Ta' San Girgor u jkopri madwar 3,000 metru kwadru ta' art.

 

ŻONI U TOROQ

Żoni Rurali

Iż-żoni pubbliċi rurali fiż-Żejtun jammonta għal 8,222 metru kwadru. Fil-futur qarib il-Kunsill taż-Żejtun qed  jippjana biex iwettaq proġett ta' afforestazzjoni fl-inħawi ta' Misraħ Strejnu.

 

 

Toroq

Fiż-Żejtun insibu 360 triq: 315-il triq urbana u 45 triq mhux urbana/rurali. Il-toroq urbani jammontaw għal tul totali ta' 35 elf metru u jkopru madwar 267,000 metru kwadru ta' art. it-toroq mhux urbani jammontaw għal tul totali ta' madwar 10 elf metru.

 

 

Dwal fit-Toroq

Qed nieħdu ħsieb biex nibdlu l-fanali u l-arbli tad-dwal tat-toroq eżistenti ma' oħrajn b'disinji dekorattivi. Fiż-żona ċentrali taż-Żejtun (Vjal il-25 ta' Novembru, Misraħ Karlu Diacono, Triq il- Madonna tal-Bon Kunsill, Misraħ Girgor Boniċi, Misraħ ir-Repubblika, Misraħ Wistin Abela u Triq San Girgor) ġew installati arbli tad-dawl ornamentali ta' globu wieħed jew żewġ globli magħmula f'ħadid fondut. Gradwalment qed nibdlu l-lanterni eżistenti tal-qalba tar-raħal ma' fanali fuq stil antik. Bdejna wkoll l-installazzjoni ta' arbli tad-dawl fuq disinn moderni madwar it-toroq tal-oqsma tad-djar.

bottom of page