ĠeoDemografija
LOKAZZJONI
Iż-Żejtun, li jinsab fil-parti tax-Xlokk ta ' Malta , ikopri l-quċċata ta' għoljiet li jiddomina l-bajjiet ta' Marsaxlokk, Wied il-Għajn, u San Tumas, portijiet popolari għall-baħħara tal-Mediterran sa minn żmien il-Feniċi. Dawn id-daħliet pprovdew servew ukoll bħala daħliet ta' nżul konvenjenti għall-għadu.
Iż-Żejtun huwa mdawwar mil-lokalitajiet li ġejjin: Ħaż-Żabbar, il-Fgura, u Ħal Tarxien, lejn it-tramuntana, Ħal Għaxaq, lejn il-punent, Marsaxlokk, lejn in-nofsinhar, u Wied il-Għajn lejn il-lvant. Dawn kollha kienu jiffurmaw parti maż-Żejtun (ħlief Ħal Tarxien u l-parti kbira mill-Fgura), flimkien max-Xgħajra, il-Qajjenza u l-Bajja ta' San Ġorġ, aktar minn 350 sena ilu.
Coordinates: 35°51′20″N 14°32′0″E
POPULAZZJONI
2011 Ċensiment: 11,277
31 ta' Marzu, 2013: 11,521 (Gazzetta tal-Gvern)
Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann il-popolazzjoni fit-territorju kollu taż-Żejtun huwa stmat li kienet ta' madwar 1,000 ruħ u żdidet għal madwar 2,000 ruħ għall-aħħar tas-Seklu 16. Matul is-Seklu 17-il popolazzjoni taż-Żejtun kienet affettwata mill-pesta li laqtet lil Malta fl-1623, fl-1655 u fl-1676. Ukoll meta Ħaż-Żabbar inqata' parroċċa għalih fl-1615 u mbagħad Ħal Għaxaq fl-1626, dan kellu effett negattiv fuq il-popolazzjoni taż-Żejtun.
Minn tmiem is-Seklu 17 'il quddiem is-sitwazzjoni demografika tjiebet. L-2000 ruħ li kienu jgħixu hawn fl-1700 rdoppjaw sal-aħħar tas-Seklu 18. L-istess ġara matul is-seklu ta' wara b'riżultat li Malta waqgħat taħt il-ħakma Ingliża. Sal-1911 il-popolazzjoni globali fiż-Żejtun qabżet it-8,000 ruħ. B'konsegwenzi tal-miżerja u l-emmigrazzjoni li kien hawn wara l-Ewwel Gwerra Dinjija spiċċat biex il-popolazzjoni naqset għal 7,701 ruħ fiċ-ċensiment tal-1921.
Iċ-ċensiment tal-1948 irreġistra l-ogħla popolazzjoni fiż-Żejtun sal-lum, 11,980 ruħ. Dan seħħ minħabba numru kbir ta' refuġjati tal-gwerra li sabu kenn fiż-Żejtun, fosthom mill-Kottonera. Ħafna minn dawn ir-residenti reġgħu lura lejn bliet twelidhom wara programm massiv ta' rikostruzzjoni tad-djar imwaqqa' fiż-żona tal-Port il-Kbir.
Sena
Populazzjoni
1530
1590
1616
1632
1645
1658
1667
1670
1680
1698
1702
1770
1800 -
1861
1871
1891
1901
1911
1921
1931
1948
1967
1985
1995
2005
2011
2013
c. 1,000
c. 2,027
1,634
1,222
1,087
1,287
1,276
1,480
1,700
c. 2,000
2,090
3,700
3,920
5,480
5,766
6,927
7,234
8,060
7,701
8,731
11,980
10.440
11,321
11,379
11,410
11,277
11,521
Mill-1980 'il quddiem il-popolazzjoni taż-Żejtun dejjem baqgħat dik ta' madwar 11,300 ruħ, minħabba ċ-ċaqliq ta' koppji żgħażagħ lejn akkomodazzjonijiet soċjali fil-qrib, kif ukoll l-iżvilupp ġdid li sar f'Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq u Marsaskala. Filfatt il-popolazzjoni ta' Wied il-Għajn ittripplikat fl-aħħar 20 sena. Ir-rata tat-twelid ġeneralment baxxa kkontribwixxiet ukoll għal dan it-tnaqqis fit-tkabir tal-popolazzjoni. L-aħħar impatt maġġuri fuq il-popolazzjoni seħħ meta ġew stabbiliti l-konfini tal-Kunsilli Lokali, fejn miż-Żejtun inqatgħu biċċiet rurali kbar, inkluż il-Bajja ta' San Tumas, fejn dawn saru jaqgħu taħt il-limiti ta' Marsaxlokk u Marsaskala.
(Adottata minn: Rapport tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, A Sustainable Community in a Changed Economy, p. xv-xvi, Marzu 2013)
Skont iċ-Ċensiment tal-2011:
Densità tal-Popolazzjoni : 2101 ruħ
Popolazzjoni skont is-sess : Rġiel 5,643 / Nisa 5,634
Età skont il-Popolazzjoni :
00-14-il sena: 1,551 ruħ
15-24 sena: 1,442 ruħ
25-34 sena: 1,700 ruħ
35-44 sena: 1,323 ruħ
45-54 sena: 1,472 ruħ
55-64 sena: 1,744 ruħ
65+ sena: 2,045 ruħ
Età Medja : 41.7 sena
Persuni li jgħixu f'xi istituzzjoni: 234 (52 raġel u 182 mara)
ARJA
Arja: 5.37 km2
Residenzjali: 1.5 km2
Rurali: 3.2 km2
Industrijali: 0.7 km2
Densità tal-popolazzjoni: 2101 persuna
Djar privati: 4150
Negozji: Ħwienet Żgħar - 120 u Kumpaniji Medji u Kbar – 180
FAĊILITAJIET LOKALI
Edukazzjoni:
-
Il-Kulleġġ San Tumas More, il-Kindergarten taż-Żejtun
-
Il-Kulleġġ San Tumas More, il-Primarja 'A' taż-Żejtun
-
Il-Kulleġġ San Tumas More, il-Primarja 'B' taż-Żejtun
-
Il-Kulleġġ Santa Margarita, l-Iskola Sekondarja tal-Bniet
-
L-Iskola Tereża Nuzzo
Faċilitajiet tas-Saħħa Pubblika:
-
Il-Klinika Lokali (il-Berġa) taż-Żejtun, Triq il- Madonna tal-Bon Kunsill
Għassa tal-Pulizija:
-
L-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun fi Triq il-Madonna tal-Bon Kunsill
Servizz Postali:
-
L-Uffiċċju tal-Maltapost taż-Żejtun jinsab 37, Triq San Lucjan
Kaxxi Postali tal-Ittri fi Triq Alfredo Cachia Zammit, Triq id-Daħla ta' San Tumas, Triq il-Ġiebja Rumana, Triq il-Madonna tal-Ħniena (Bir id-Deheb), Triq il-Qadi, Triq l-Għannejja, Triq San Girgor, Triq San Luċjan, Triq Santu Wistin, Triq Strejnu, Triq Taltas, Triq Toni Zahra u l-Qasam Industrijali ta' Bulebel.
Servizz Bankarju:
-
APS Bank at Misraħ ir-Repubblika
-
Bank of Valletta at Misraħ ir-Repubblika
-
HSBC Bank Malta at Vjal il-25 ta' Novembru
ATMs:
-
APS Bank ATM f'Misraħ ir-Repubblika
-
Bank of Valletta ATMs f'Misraħ ir-Repubblika, Triq Tal-Barrani u l-Qasam Industrijali ta' Bulebel
-
HSBC Bank ATM fi Vjal il-25 ta' Novembru
Knejjes Kattoliċi Rumani:
-
Il-Knisja Parrokkjali Arċipretali ta' Santa Katarina f'Misraħ ir-Repubblika
-
Il-Knisja Parrokkjali l-Qadima ta' Santa Katarina (magħrufa bħala ta' San Girgor) fi Triq San Girgor
-
Il-Kunvent ta' Ġesù Nazzarenu fi Triq San Girgor
-
Il-Kappella tal-Ispirtu s-Santu fi Triq Santa Katarina
-
Il-Bażilika ta' Madonna tal-Bon Kunsill f'Misraħ Karlu Diacono
-
Il-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena f'Misraħ Dom Mintoff, Bir id-Deheb
-
Il-Kappella tas-Salvatur fi Triq is- Salvatur
-
Il-Kappella tal-Qalb Imqaddsa ta' Marija (Tas- Sinjura) fi Triq il-Madonna tal-Ħniena
-
Il-Kappella ta' Sant' Anġlu Martri f'Misraħ Karlu Diacono
-
Il-Kappella San Klement f'Wesgħat l-Għajn tal-Bhejjem
-
Iċ-Ċentru Pastorali ta' San Martin fi Triq l-Isqof Ferdinand Mattei, Ġebel San Martin
-
Il-Kappella ta' Santa Marija ta ' Ħal Tmin fi Triq Wied iż-Żiju
-
Il-Kappella ta' Santa Marija tal-Ħlas f'Misraħ Santa Marija
-
Il-Kappella ta' San Niklaw fi Triq Strejnu
-
L-Oratorju tas-Sagrament Imqaddes f'Misraħ ir-Repubblika
-
Il-Kappella tas-Sagra Familja fil-binja ta' Juventutis Domus, Triq San Girgor
-
Il-Kappella tal-Madonna ta ' Lourdes fi Triq San Girgor (ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali taż-Żejtun)