top of page

The Locality

History                                            

 

NGOs

 

Twinning          

 

Public Transport

 

Public Library                

 

GeoDemographics 

 

Culture

 

Infrastructure

 

Places of Interest

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

Rotot ta' Patrimonju

Il-mixja ta' patrimonju fil-qalba taż-Żejtun turi l-iżvilupp ta' komunità tipika Mediterranja. Fl-istess waqt tesponi l-karattru Malti distint b'togħma lokali. Iż-Żejtun innifsu jirrappreżenta l-karatteristiċi l-aktar prominenti tan-nofsinhar ta' Malta.

 

Fl-imgħodii r-residenti kienu protagonisti fl-invażjonijiet ta' żbarkament fid-daħliet tan-nofsinhar tal-gżira. Minħabba dan il-fatt u li dawn kienu l-iżjed imbiegħda minn Medina, il-belt kapital il-qadima, dawn żviluppaw spirtu differenti mill-bqija tal-gżira, spiss kienu mfaħħrin għall-għana folkloristika spirtu pront, li għadha teżisti sal-lum. Il-komunitajiet separati tar-Raħal t'Isfel (Bisqallin) u r-Raħal ta' Fuq (Ħal Bisbut / Ħal Ġwann), bil-mentalitajiet differenti li għadek issibuhom sal-lum, ma setgħux jaqblu fis-sit tal-Knisja Parrokkjali l-ġdida fil-1690.

 

B'mod tipiku Żejtuni, intlaħaq ftehim biex tinbena l-knisja monumentali l-ġdida fuq sit bejn iż-żewġ kwartieri l-qodma, biex ikunu jistgħu jintegraw bejnithom u ħolqu ċentru vibranti ġdid, li llum huwa ċ-ċentru ewlieni tal-komunità Żejtunija.

 

 

Niżżel ir-Rotot ta' Patrimonju

ROTTA TA' PATRIMONJU GĦALL-QALBA TAŻ-ŻEJTUN

ROTTA TA' PATRIMONJU GĦAL BISQALLIN (IR-RAĦAL T'ISFEL)

ROTTA TA' PATRIMONJU TA' ĦAL BISBUT U ĦAL ĠWANN (IR-RAĦAL TA' FUQ)

bottom of page