![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg/v1/fill/w_1280,h_853,al_c,q_85,enc_avif,quality_auto/1b3a14_53c640153d568792c36cab3447cc08d7.jpg)
Ħinijiet tal-ftuħ
Huwa post pubbliku, tista' tarah kull ħin.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4a147571b77a785be2eaa351aac044cf.png)
Ta' Tavlin
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4b7cc5be58b2188a3d364072df1f0bf7.jpg/v1/fill/w_610,h_350,al_c,q_80,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4b7cc5be58b2188a3d364072df1f0bf7.jpg)
Ta' Tavlin (magħrufa min-nies tal-lokal ukoll bħala Ta' Tablin) hija żona rikka b'diversi karatteristiċi arkitettoniċi u storiċi, inkluż fost affarijiet oħra nsibu 'bracket' ta' fanal fiss mill-qodma, li kienu jinxtgħelu mill-kebbies tal-fanali. Din il-'bracket' tinsab ma' waħda mill-kantunieri tal-isqaqien f'dawn l-inħawi ( Sqaq John Borg ). Il-viżitaturi jistgħu jaraw ukoll dar ta' villeġatura u l-faċċata tal-ġonna tagħha mibnija mill-familja Testaferrata Boniċi f'din iż-żona, fejn illum il-ġurnata huma residenzi privati. Fi Triq San Ġwann hemm ukoll id-Dar tal-Falkunier u diveri sqaqin imserpin fosthom insibu wieħed bil-loġġa (sqaq imsaqqaf), Sqaq San Ġwann Nru. 7. Hawnhekk insibu ukoll bust tal-bronż ta' 'il-Bies', wieħed mill-għanejja Żwieten, li għexu f'dawn l-inħawi.
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png/v1/fill/w_30,h_30,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_ab59216cc864c08dc012f14902e406e9.png)
RITRATTI
![](https://static.wixstatic.com/media/1b3a14_4b7cc5be58b2188a3d364072df1f0bf7.jpg/v1/fill/w_980,h_1509,al_c,q_85,usm_0.66_1.00_0.01,enc_avif,quality_auto/1b3a14_4b7cc5be58b2188a3d364072df1f0bf7.jpg)