Kuntrattur ġdid għall-ġbir tal-iskart bieb bieb
Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun javża li b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 2014, se jinbidel il-kuntrattur li jieħu ħsieb il-ġbir tal-iskart bieb bieb. Wieħed jifhem li għall-ewwel ġranet jista' jkun hemm xi problemi u għaldaqshekk il-koperazzjoni ta’ kulħadd hi mistennija.
Kull min ikollu xi problemi għandu jagħmel kuntatt dirett mal-Kunsill Lokali fuq 21 663 866 jew inkella mal-Kunsillier Joe Hales fuq 7901 2531 li huwa l-Kunsillier inkarigat.
Rigward il-ġbir domestiku fiż-Żejtun għandu jiġi mfakkar li:
Il-ġbir tal-iskart domestiku mid-djar isir kif ġej:
IL-BORŻA S-SEWDA, nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt,
IL-BORŻA L-ĦADRA, nhar ta’ Tlieta biss, (bil-ġablow, il-karti, il-kartun, il-metall u l-plastik)
L-ISKART AGRIKOLU, nhar ta’ Sibt, u
IL-ĦĠIEĠ, kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
Il-boroż għandhom jinħarġu bejn il-5:30 a.m. u s-7:00 a.m. (inklużi l-btajjel pubbliċi) skont kif indikat hawn fuq u jitqiegħdu biss wara l-bieb tar-residenza.
Il-Kunsill joffri wkoll servizz ta’ ġbir ta’ skart goff mid-djar fi żmien jumejn, mingħajr ħlas, billi ċċempel 21 663 866 biex jingħatalek appuntament.
Grazzi tal-koperazzjoni tiegħek.