top of page

Il-Manuċċa Child Day Care Centre

Il-Manuċċa Child Day Care Centre, iċ-ċentru tal-ħarsien tat-tfal għal matul il-jum tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li jinsab fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta' San Girgor) laqa' fih l-ewwel applikanti. Ilbieraħ, is-Sibt 13 ta' Settembru, numru ta' ġenituri u tfal inġabru fiċ-child care centre il-ġdid biex japplikkaw, ħalli min Novembru li ġej jibdew jattendu f'dan iċ-ċentru arjuż, spazzjuż u mgħammar b'dak kollu li hemm bżonn. Il-Manuċċa Child Day Care Centre se jkun imexxi miż-Żejtun Community Foundation.


Dan iċ-ċentru kien ġie nawgurat fil-5 ta' Mejju, 2014, mis-S.a. Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru u ċ-chairperson ta' The Marigold Foundation. B'hekk fiż-Żejtun għandna servizz ieħor soċjali u edukattiv li s-Sindku u l-Kunsill taż-Żejtun ħejjew għat-tfal Żwieten.


Wara li dan il-proġett ilu jinħema għal numru ta' snin, mit-Taqsima għall-Familja u l-Komunità, immexxija mill-Kunsilliera Joan Agius, issa in-nisa li jixtiequ joħorġu jaħdmu se jkollhom moħħhom mistrieħ fejn jistgħu jħallu lil uliedhom waqt li huma jkunu għax-xogħol.


Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page