top of page

Il-Lokalità

History

                                            

NGOs

    

Public Transport

 

Public Library                

 

GeoDemographics 

 

Heritage Routes

 

Culture

 

Infrastructure

 

Places of Interest

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

>

 

L-Ibliet Tewmin

ĊELANO, ABRUZZO, L-ITALJA

Ċelano, fir-Reġjun ta' Abruzzo, l-Italja, huwa ġemellat maż-Żejtun. Minn żmien l-1100 sal-1530 Malta flimkien ma' Ċelano kienu jagħmlu parti mir-Renju taż-żewġ Sqallijiet, li kien jikkonsisti minn Malta, Sqallija, u n-naħa t'isfel tal-Italja sar-Reġjun ta' Abruzzo.

Din il-monarkija ħafna drabi kienet f'argumenti mal-Papa li kien jixtieq li dik il-parti tal-Italja tagħmel parti mill-art tiegħu. Fl-1223 Federiku t-Tieni reġa' ħakem lil Ċelano wara li rvellaw favur il-Papa. Bħala kastig il-popolazzjoni kollha ta' Ċelano ġiet eżiljata lejn Sqallija u Malta. Din il-ġrajja għadha ħajja fil-memorja taċ-ċittadini preżenti ta' Ċelano.

Dawn fittxew li jingħaqdu f'ġemelaġġ maż-Żejtun biex ikomplu jfakkru l-istorja passata tagħhom u biex jerġgħu jagħtu l-ħajja r-rabta li kien hemm sekli ilu bejn iż-żewġ komunitajiet, li l-Kunsill Lokali taż-Żejtun ukoll għadu jgħożż.

TOCINA, SEVILJA, SPANJA

Tocina tinsab fil-qalba tal-pjanura ta' Andalusija, fi Spanja, li tinsab nofs siegħa sewqan mill-belt kapitali tal-istess reġjun – Sevilja. Din hija prinċipalment żona agrikola li fiha nsibu abbundanza ta' msaġar tal-larinġ u żebbuġ, li huma attivitajiet kummerċjali b'saħħithom diġà assoċjati ma' Sevilja.

Ir-rabta maż-Żejtun tirriżulta mill-iżvilupp storiku bejn l-ibliet, peress li kienu t-tnejn jaqgħu taħt l-Ordni tal-Kavallieri ta' Malta. Il-pjanti tal-Knisja Parrokkjali preżenti ta' Tocina tħejjew f'Malta mill-periti tal-Iskola ta' Lorenzo Gafà u l-kampnari, kif ukoll it-tqassim ġenerali tal-faċċata, għandhom xebh qawwi mal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

bottom of page