top of page

L-istat tat-toroq

Billi qed ikollna bosta kummenti u mistoqsijiet dwar l-istat tat-toroq fiż-Żejtun, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jixtieq jiġbed l-attenzjoni li minkejja li l-manutenzjoni tat-toroq distributorji hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ħafna minn dawn it-toroq taż-Żejtun għandhom aktar minn 75% tagħhom fi stat ħażin, b'hekk dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali. Dawn it-toroq ilhom li saru bejn 25 u 30 sena ilu. Minn meta saru l-Kunsilli Lokali dawn qatt ma rċevew flus biex jiġu mibnija mill-ġdid.


Dawn it-toroq distributorji huma Triq Bir id-Deheb, Triq Alfredo Cachia Zammit, Triq Bormla, Triq Ħal Tarxien, Triq l-Arċipriet Lawrenz Degabriele, Triq Xrobb l-Għaġin, u parti minn Triq id-Daħla ta' San Tumas (minn Ġnien Luqa Briffa sa ħdejn il-Qasam tad-Djar ta' Ħal Tmiem). F'Settembru li għadda l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, is-Sur Joe Mizzi, ħa ħsieb jagħti wiċċ ġdid lill-partijiet li kienu sfrondaw minn Triq il-President Anton Buttiġieġ. Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun kien ilu jokrob aktar minn 7 snin fuq din l-imsemmija triq, kif ilu jagħmel għal snin twal rigward it-toroq 'l oħra. Bħala Kunsill Lokali nittamaw ili l-Gvern Ċentrali jieħu ħsieb dawn it-toroq fiż-Żejtun.


Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page